TOP


GWU

 

Il-vjolenza qatt mhi ġustifikata



17102017

Il-General Workers’ Union, kif dejjem għamlet f’ċirkostanzi bħal dawn, fejn il-midja tispiċċa vittma ta’ elementi reazzjonarji u kriminali, tesprimi s-sobgħa u testendi l-kondoljanzi tagħha lill-familja, lill-qraba u ħbieb tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-GWU tisħaq li f’mumenti bħal dawn, il-pajjiż għandu jirrifletti fuq xi tfisser l-għaqda nazzjonali, ir-rispett tal-liġi, il-libertà tal-espressjoni u d-dritt tal-privatezza. Iżda l-ebda aġir ma jista’ jiġġustifika azzjoni bħal ma saret biex persuna titwaqqaf milli tesprimi bi dritt l-opinjoni tagħha. Il-GWU temmen ukoll li l-Istat għandu jagħmel dak kollu possibbli biex min wettaq dan il-qtil kodard jinqabad u jitressaq quddiem il-ġustizzja.
Il-GWU, bla ebda riżerva, tikkundanna l-qtil barbaru u faħxi ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-vjolenza la qatt kienet u lanqas għandha tkun ġustifikata.