TOP


GWU

 

Il-GWU tikseb maġġoranza assoluta u għarfien ewlieni f’Heritage Malta



13102017

Wara proċess ta’ verifika, il-General Workers’ Union kienet konfermata bħala l-union li tgawdi l-appoġġ tal-maġġoranza tal-ħaddiema f’Heritage Malta. Skont dan il-proċess ta’ verifika, li sar mid-Dipartiment tal-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali, jirriżulta li l-GWU tgawdi appoġġ assolut fost il-ħaddiema li huma imsieħba f’union tal-għażla tagħhom.

Dan il-proċess inbeda f’2016 wara li l-GWU talbet rikonoxximent bil-għan li tagħti bidu għall-negozjar kollettiv ġewwa Heritage Malta. Il-proċess ta’ verifika ħa fit-tul minħabba diversi raġunijiet u ċirkostanzi li ma kienux taħt il-kontroll tal-GWU. Biss il-proċess tkompla fl-4 u fil-11 ta’ Ottubru. Minn dan il-proċess u mid-dokumenti kif ippreżentati minn Heritage Malta u mill-GWU jirriżultà li l-Union tirrappreżenta l-maġġoranza assoluta tal-impjegati f’din l-entità u għalhekk ingħatat l-għarfien uffiċjali bħala l-Union li tista’ tinnegozzja f’isem il-ħaddiema. 
Għal daqstant il-GWU b’mod immedjat qed titlob li jinbdew t-taħdidiet bejnha u Heritage Malta ħalli jkun diskuss ftehim kollettiv li jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-impjieg.