TOP


GWU

 

Ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-KPĦ Ltd



30092017

Il-General Workers’ Union u l-Koperattiva Produtturi tal-Ħalib Ltd iffirmaw ftehim kollettiv ġdid bejniethom li permezz tiegħu l-ħaddiema tal-koperattiva għat-tliet snin li ġejjin se jaraw titjib sostanzjali f’dawk li huma pagi u kundizzjonijiet tagħhom. 

Is-Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel tal-GWU Kenny Muscat jistqarr li dan il-ftehim kollettiv jaħseb ukoll biex il-Koperattiva tkun f’pożizzjoni li tipjana l-operazzjonijiet tagħha biex tilqa’ għall-isfidi tas-suq, li huwa wieħed kompetittiv ħafna. Huwa rringrazzja lit-tmexxija tal-KPĦ Ltd għall-mod kif tmexxew in-negozjati u għall-mod operattiv tal-istess Koperattiva li jħalli riżultati pożittivi ħafna.

Il-ftehim kollettiv kien iffirmat f’isem il-ħaddiema mis-Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel tal-GWU Kenny Muscat u mir-rappreżentanti Raymond Scriha u Joe Azzopardi. F’isem il-KPĦ Ltd iffirmaw il-President tal-Koperattiva Frank Fenech, is-Segretarju tal-KPĦ Ltd David Bartolo. Iċ-Chief Operations Officer Philip Agius iffirma bħala xhud f’isem il-kumpanija.