TOP


GWU

 

Il-GWU tawgura lil Marco Bonnici għall-ħatra bħala President tal-MUT



29062017

Il-General Workers’ Union filwaqt li tirringrazzja lil Kevin Bonello għall-ħidma li wettaq tul is-snin li għamel bħala President tal-Union Maltija tal-Għalliema (MUT), tifraħ lil Marco Bonnici għall-ħatra tiegħu bħala l-President il-ġdid tal-MUT. 
 
Il-GWU hija persważa li Marco Bonnici se jkompli fejn ħalla Kevin Bonello u filwaqt li jmexxi ’l quddiem l-ħtiġiet tal-għalliema, fi spirtu tal-koperazzjoni li nbniet bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet, ikompli bil-ħidma fl-interess tal-ħaddiema Maltin u l-għaqda bejn ir-rappreżentanti tagħhom.