TOP


GWU

 

Il-GWU tirbaħ ir-rikonoxximent fil-JF Services



18042017

Il-General Workers’ Union, fil-jiem li għaddew, kisbet l-għarfien ewlieni fost il-cleaners tal-JF Services fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dan l-għarfien inkiseb wara proċess ta’ verifika li sar mid-Dipartiment tal-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali fl-entità msemmija. Minn dan il-proċess irriżultà li l-maġġoranza assoluta tal-cleaners huma msieħba fil-GWU.Is-Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel tal-GWU, Kenny Muscat qal li jinsab sodisfatt għal mod kif tmexxa l-proċess ta’ verifika fejn anke rringrazzja lill-kumpanija talli kkoperat bis-sħiħ biex dan il-proċess jitmexxa bl-inqas problemi possibbli. Saħaq li dan jawgura tajjeb għar-relazzjoni futura bejn iż-żewġ naħat. 

Il-GWU, permezz tat-Taqsima Ospitalita u Ikel, hija kommessa li b’mod immedjat tibda n-negozjati mal-JF Services dwar il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.