TOP


GWU

 

Il-GWU tirbaħ ir-rikonoxximent fit-Taqsima tal-Ispettorat tal-Malta Gaming Authority



08042017

Il-General Workers’ Union, fil-jiem li għaddew, kisbet l-għarfien ewlieni fost l-impjegati tat-Taqsima tal-Ispettorat fil-Malta Gaming Authority (MGA). Dan l-għarfien inkiseb wara proċess ta’ verifika li sar mid-Dipartiment tal-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali fl-entità imsemmija. Minn dan il-proċess irriżultà li l-maġġoranza assoluta tal-impjegati huma msieħba fil-GWU.
Huwa ta’ sodisfazzjon għall-GWU li l-impjegati tat-Taqsima tal-Ispettorat fil-Malta Gaming Authority għażlu lil Union biex jaċċertaw ruħhom li d-drittijiet u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg tagħhom ikunu verament imħarsa.
Il-GWU tħoss li ż-żieda ta’ imsieħba magħha minn postijiet diversi tax-xogħol hija konferma ta’ kemm-il Union hija kredibbli, kompetenti u konsistenti fil-ħidma li twettaq. Il-GWU, permezz tat-Taqsima Professjonist, Finanzi u Servizzi, hija kommessa li b’mod immedjat tibda n-negozjati mal-Malta Gaming Authority dwar il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.