TOP


GWU

 

Il-GWU sodisfatta bil-ftehim milħuq mal-Gvern dwar l-allowance tas-suldati



03032017

Il-General Workers’ Union hija sodisfatta bil-ftehim milħuq mal-Gvern dwar l-allowance li għall-ewwel darba s-suldati tal-Forzi Armati se jirċievu għas-sigħat żejda li jaħdmu, wara l-ħinijiet normali tagħhom, tul iż-żmien tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea. Il-Union tqis dan il-ftehim bħala turija ta’ apprezzament għall-ħidma diliġenti mwettqa mill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta. 
Il-GWU tistqarr li dan il-ftehim huwa wkoll turija ta’ dak li jista’ jinkiseb issa li l-membri tal-korpi dixxiplinati ngħataw d-dritt li jissieħbu f’unjin tal-għażla tagħhom. Il-Union hija kburija li grazzi għas-servizz u l-impenn muri mill-istrutturi tagħha s-suldati se jkunu qed igawdu minn benefiċċji li qatt qabel ma setgħu jiksbu.
 
Il-GWU tirringrazzja lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela u lill-Amministrazzjoni tal-Forzi Armati għall-mod kif saru d-diskussjonijiet u l-kollaborazzjoni murija biex seta’ jintlaħaq dan il-ftehim. Il-Union tisħaq li se tibqa’ impenjata biex tikseb l-aħjar kundizzjonijiet u benefiċċji għall-imsieħba u l-affiljati tagħha.