TOP


GWU

 

Ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Gutenberg



14022017

Il-General Workers’ Union iffirmat kollettiv ġdid għall-ħaddiema ta’ Gutenberg Press. Grazzi għal dan il-ftehim kollettiv ġdid il-ħaddiema se jgawdu minn titjib fil-kundizzjonijiet ġenerali tax-xogħol u fil-benefiċċji finanzjarji. 
Is-Segretarju tat-Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni tal-GWU David Darmanin qal li dan il-ftehim kollettiv, li jkopri erba’ snin bejn l-2017 u l-2020, huwa turija ta’ fiduċja li l-management għandu fil-kapaċitajiet tal-ħaddiema tiegħu: “Il-ftehim wasal ukoll fi żmien meta l-istess kumpanija qiegħda tiffaċċja sfidi kbar li nħolqu fis-suq Ingliż wara r-referendum għall-ħruġ mill-Unjoni Ewropea.” 
Id-Direttur Maniġerjali tal-kumpanija Frank Spiteri qal li l-ftehim milħuq huwa xhieda tal-koperazzjoni u fiduċja li teżisti bejn il-kumpanija u l-GWU. Saħaq li l-ftehim kollettiv huwa wkoll frott tal-armonija li teżisti fil-fabrika fejn kulħadd qiegħed jiġbed ħabel wieħed. Huwa attribwixxa dan l-istess suċċess għax-xogħol imwettaq mill-ħaddiema.
Il-ftehim kollettiv f’isem il-ħaddiema kien iffirmat minn David Darmanin Segretarju tat-Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni u minn Jeffrey Vella u Roderick Spagnol Shop Stewards. F’isem il-kumpanija ffirmaw Frank Spiteri Direttur Maniġerjali, Boleslav Spiteri Direttur u l-Inġinier Ralph Cassar Works Manager.