TOP


GWU

 

Il-GWU tikkundana l-atteġament insensittiv tal-kumpaniji Arrow Pharma u Actavis



24112016

Il-Union lesta għall-azzjonijiet biex tiddefendi l-interessi tal-ħaddiema


Il-General Workers’ Union tikkundanna bla riżervi l-atteġġament tal-kumpanija Teva Industries u l-managments tal-kumpaniji Arrow Pharm u Actavis għall-mod kif aġixxew fit-tħabbira tat-tkeċċijiet tal-ħaddiema. Il-GWU tisħaq li minkejja li dejjem żammet relazzjoni tajba mal-kumpaniji, fiċ-ċirkostanzi ta’ dak imħabbar illum il-management ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji urew insensittività u nuqqas ta’ rispett lejn il-ħaddiema u l-GWU – li hija r-rappreżentanta tagħhom – fil-mod kif aġixxew u wasslu l-informazzjoni lill-impjegati.
Il-GWU tistqarr li, filwaqt li mhijiex taqbel ma’ dawn it-tkeċċijiet, fl-ebda ħin ma kienet ikkonsultata dwar il-pjani għall-futur ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji. Il-Union kienet infurmata bl-intenzjoni taż-żewġ kumpaniji ftit ħin qabel mal-istess management rispettivi laqqgħu lill-ħaddiema biex iħabbrulhom l-għeluq tal-Arrow Pharm u t-tkeċċijiet fl-Actavis.
Għaldaqstant fid-dawl ta’ dak imħabbar illum mill-management taż-żewġ kumpaniji, il-GWU se tlaqqa’ lir-rappreżentanti tagħha fiż-żewġ kumpaniji u talbet li b’mod immedjat jinbdew id-diskussjonijiet bejnha u l-managements rispettivi.
Sadanittant il-GWU bdiet ħidma mal-gvern biex b’mod immedjat jinstabu impjiegi altreranattivi għall-ħaddiema milquta.
Il-GWU filwaqt li tiddikjara li se żżomm lil ħaddiema kollha infurmati bl-andament tad-diskussjonijiet, tagħmilha ċara li hija lesta għall-azzjonijiet biex tiddefendi l-interessi tal-imsieħba tagħha u l-ħaddiema fl-Arrow Pharm u Actavis.