TOP


GWU

 

Ftehim Kollettiv ġdid għall-ħaddiema ta’ Dar Saura



15092016

Il-General Workers’ Union (GWU) u l-amministrazzjoni ta’ Dar Saura ffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema ta’ din l-istituzzjoni, li permezz tiegħu qed ikunu mtejba kemm il-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll il-pagi tagħhom.
Is-Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġija tal-GWU Rita Dimech qalet li dan il-ftehim kollettiv, li jkopri l-2015 – 2019, se jkun qed jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema filwaqt li jkompli jsaħħaħ il-ħidma professjonali li jwettqu l-ħaddiema: “Bit-titjib fil-pagi, allowances u kundizzjonijiet ġenerali fosthom il-ħinijiet tax-xogħol, il-ħaddiema se jtejbu s-servizzi tagħhom f’din id-dar għall-anzjani għall-ġid tar-residenti nfushom.”
Il-ftehim kollettiv f’isem il-ħaddiema kien iffirmat mis-Segretarju tat-Taqsima Rita Dimech, mix-Shopstewards Rita Attard u Antoinette Guntrip u mis-Segretarju Internazzjonali tal-GWU Jason Deguara bħala xhud. F’isem l-amministrazzjoni ta’ Dar Saura iffirmaw is-Segretarju Amministrattiv Micahel Pace Ross, il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija Rev. Mgr. Charles Cordina u id-Direttur Djar għall-Anzjani Andre Vassallo Grant.