TOP


GWU

 

Il-COU-GWU titlob għal aktar sensittività u anqas sensazzjonaliżmu



10092016

Il-Correctional Officers’ Union, affiljata mal-General Workers’ Union titlob għal aktar sensittività u anqassensazzjonaliżmu meta l-mezzi tal-midja jirrappurtaw każi marbuta mal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Kawża ta’ dan it-tip ta’ rappurtaġġ qed jintefa’ dell ikrah fuq l-uffiċjali u l-operat tagħhom.

Il-COU-GWU ssostni li wieħed irid japprezza li l-uffiċjali korrettivi qed jaqdu dmirhom f’sitwazzjonijiet sensittivif’ambjentxejn faċli u b’ħafna limitazzjonijiet. Dawn l-istess rapporti sensazzjonalistiċi qed iwasslu biex l-ambjent tax-xogħol ikun aktardiffiċli u tiżdied id-doża ta’ ostilità fil-konfront tagħhom mill-istess priġunieri u qraba tagħhom. Ostilità li f’ċerti okkażjonijiet qed twassal biex uffiċjali tal-ħabs ikunu fiżikament aggrediti mill-istess priġunieri.
 
Minkejja d-diffikultajiet iffaċjati, liema diffikultajiet huma kawża ta’ għadd ta’ nuqqasijiet ta’ dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, l-uffiċjali tal-ħabs qed jagħmlu l-almu tagħhom biex jagħtu s-servizz mistenni minnhom. Għaldaqstant l-COU-GWU tħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti biex jintervjenu mill-ewwel ħalli jiddefendu l-integrità tal-uffiċjali tal-ħabs meta fil-midja jinħarġu qlajjiet u allegazzjonijiet li ma jkollhom l-ebda bażi fattwali.