TOP


GWU

 

Il-GWU tippreżenta l-proposti għall-Baġit għas-sena 2017



29082016

Illum il-General Workers Union (GWU) ippreżentat il-proposti tagħha għall-Baġit għas-sena 2017. 

Fil-preżentazzjoni ta’ dawn il-proposti, li kienu approvati fil-jiem li għaddew mill-Kunsill Nazzjonali tal-GWU, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja qal li it-talba tal-Union hija li l-Gvern għandu jpoġġi bħala l-mira ewlenija li l-ġid li qed jinħoloq mis-suċċess tal-ekonomija Maltija jkun milħuq minn kulħadd fil-pajjiż.

Fil-fatt fil-proposti li ppreżentat il-GWU qed ikun enfasizzat l-aspett soċjali, proposti għal għixien diċenti, u proposti fl-ispirtu tal-ġustizzja soċjali u titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.