TOP


GWU

 

Dwar l-Air Malta: Nemmnu li l-proposti li ressaqna għandhom jiġu milqugħin - Josef Bugeja Segretarju Ġenerali GWU



22082016

Waqt laqgħa deskritta bħala waħda pożittiva l-General Workers’ Union, il-Gvern u l-Management tal-Air Malta ddiskutew il-futur tal-ħaddiema fil-gradi li huma rappreżentati mill-Union.

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja, qal li waqt il-laqgħa l-GWU ressqet il-proposti kollha li nġarbu waqt il-laqgħat li saru u li hi għamlet mal-ħaddiema li hija tirrappreżenta.

Bugeja saħaq li min-naħa tiegħu, il-Gvern iggarantixxa x-xogħol u t-'take home pay' lill-ħaddiema. Is-Segretarju Ġenerali Bugeja tenna li l-Gvern u l-maniġment tal-kumpanija qablu li fil-ġejjieni qrib f’laqgħat ulterjuri se jiddiskutu f’aktar dettall il-proposti tal-Union.

“Aħna nemmnu li l-proposti li ressaqna għandhom jiġu milqugħin,” temm jgħid is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja.

Fi stqarrija konġunta, bejn il-Gvern u l-GWU, il-Ministru Edward Zammit Lewis irringrazzja lis-Sur Josef Bugeja, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, tal-koperazzjoni u s-sens ta’ responsabbiltà murija minnu. Huwa rringrazzja ukoll lill-President Emeritu George Abela, liċ-Ċerpersin tal-Air Malta Maria Micallef u lil dawk kollha li attendew għall-istess laqgħa, tal-kontribut siewi tagħhom matul din il-laqgħa.