TOP


GWU

 

Il-GWU tiffirma ftehim kollettiv għall-ħaddiema tad-dar tal-anzjani ?Holy Family Home’



09082016

 
Il-General Workers’ Union u l-Arċidjoċesi ta’ Malta ffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tad-dar tal-anzjani tal-Knisja ‘Holy Family Home’. Permezz ta’ dan il-ftehimkollettiv tjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema fosthom żidied fis-salarjititjibfil-bonuses u benefiċċji finanzjarji oħra. 
Is-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi, tal-GWU, Jeremy Camilleri stqarrli dan il-ftehim huwa wieħed li se jgħin biex jitjieb is-servizz f’din id-dar tal-anzjani u sejippermetti ukoll lil din id-dar tikkompeti fis-suq lokali li huwa wieħed kompetittiv ħafna: “Konxji mill-missjoni tal-Knisja biex tipprovdi servizzi simili, bħala Union waqt id-diskussjoni tal-ftehim kollettiv dejjem żammejna fi ħsieba din il-ħidma. Nemmen li rnexxielna niksbu pakkett tajjeb għall-ħaddiema u fl-istess waqt id-dar tal-anzjani Holy Family Home tkun f’pożizzjoni li toffri servizzi ta’ kwalità f’suq li kull ma jmur qed ikunwieħed kompetittiv.”
 
Il-ftehim kollettiv li jkopri l-2015 - 2019 f’isem il-ħaddiema kien iffirmat mis-Segretarju tat-Taqsima tal-GWU Jeremy Camilleri, minn Kendrick Bondin li kien jifforma parti mit-tim ta’ negozjaturikif ukoll mir-rappreżentanti tal-ħaddiema Chantelle Chiappelle u Vincienne Muscat Sapiano. F’isem l-amministrazzjoni tad-dar tal-anzjani iffirmaw is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, id-Direttur għad-Djar tal-Knisja għall-Anzjani André Vassallo Grant u l-Vigarju Episkopali għad-Djakonija Monsinjur Charles Cordina.