TOP


GWU

 

Il-ħaddiema jridu jiġu qabel il-profitti



05082016

F’dinja fejn l-ekonomija u l-kummerċ huma globalizzati, ma jistax ikollna sitwazzjoni fejn il-ħaddiema jitqiesu xi forma ta’ merkanzija, anzi f’din ir-realtà rridu naraw li l-ħaddiema jridu jiġu qabel il-profitti. Din kienet id-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Josef Bugeja meta kien qed jitkellem fi tmiem ta’ seminar bit-tema Trasport Ewropew Ġust.

Is-seminar li kien organizzat f’Malta mill-GWU u GWU Youths f’kollaborazzjoni mal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ħaddiema tat-Trasport (ITF) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) kien jitratta l-kampanja Ewropea Trasport Ewropew Ġust li hija maħsuba biex tqajjem kuxjenza dwar il-ħtieġa ta’ drittijiet u kundizzjonijiet ta’ xogħol aħjar għall-ħaddiema f’dan is-settur, kemm jekk huma fuq l-art, fuq il-baħar u anke fl-ajru.