TOP


GWU

 

Il-gwardjani lokali jipprotestaw dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom



28072016

 

Dalgħodu l-Gwardjani Lokali ħarġu normali għal ġurnata xogħol, madankollu ma marrux fuq ir-rotot tagħhom biex jipprotestaw kontra l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.

Fis-settur tal-infurzar, il-gwardjani lokali huma l-inqas imħallsin - ħafna minnhom inqas minn gwardjan tas-sigurtà privat. F'Marzu li għadda skada l-ftehim kollettiv u t-talbiet li qed isiru mill-General Workers Union biex dawn il ħaddiema jitħallsu mhux inqas minn gwardjan tas-sigurtà privat ma ġewx milqugħa.  

Jekk din is-sitwazzjoni tibqa' tippersisti, il-GWU mhux qed teskludi aktar azzjonijiet industrijali l-ġimgħa d-dieħla.

Il-gwardjani lokali huma impjegati mal-kumpanija privata G4S.

Matul din l-azzjoni industrijali tkellmu s-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja, u s-Segretarju tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi, Charles Galea.