TOP


GWU

 

Ftehim Kollettiv għall-ħaddiema ta’ Identity Malta



06072016

Il-General Workers’ Union fil-jiem li għaddew iffirmat l-ewwel ftehim kollettiv għall-ħaddiema ta’ Identity Malta. Dan il-ftehim kollettiv ikopri perjodu ta’ tliet snin u qed itejjeb diversi benefiċċji u kundizzjonijiet ta’ impjieg.

Is-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi Jeremy Camilleri stqarr li grazzi għall-ħidma tat-Taqsima u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema, il-ftehim kollettiv mhux biss se jkun qed jiggarantixxi titjib fil-kundizzjonijiet u pagi aħjar għall-ħaddiema kollha ta’ Identity Malta, iżda se jkun qed jgħin fil-ħolqien ta’ identità għall-din l-aġenzija ġdida. Il-ksib ta’ dan il-ftehim kollettiv wera wkoll li l-management ta’ Identity Malta qed iqis lill-ħaddiema bħala element ewlieni fl-isforzi li qed jagħmel biex ikompli jtejjeb is-servizz li jipprovdi.

Camilleri rringrazzja lill-ħaddiema tal-fiduċja li wrew fir-rappreżentanti tagħhom li nnegozjaw dan il-ftehim kollettiv, lill-istess rappreżentanti għall-impenn muri minnhom, lill-management ta’ Identity Malta tal-kollaborazzjoni sħiħa tul in-negozjati, kif ukoll lil Public Administration Collective Bargaining Unit (PACBU) – li kienu preżenti waqt l-iffirmar tal-ftehim kollettiv – għas-sehem tagħhom fl-istess negozjati.

Il-Ftehim Kollettiv f’isem il-ħaddiema kien iffirmat mis-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi Jeremy Camilleri u mill-Assistent Segretarju George Zahra.