TOP


GWU

 

Il-UHM ma tgawdix il-maġġoranza tal-ħaddiema tal-Malta Freeport Terminals ? Josef Bugeja GWU



05052016

‘Il-UHM ma tgawdix il-maġġoranza tal-ħaddiema tal-Malta Freeport Terminals’ – Josef Bugeja GWU

16:46  |  04.05.2016

 

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret mill-General Workers’ Union fid-dawl tal-kwistjoni tal-għarfien tal-Malta Freeport, is-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja spjega kif il-GWU żgur mhux ser tinqata’ ‘l barra hekk kif hi għadha l-Unjin rikonoxxuta għall-istess kumpanija.

Bugeja qal li biex Unjin tieħu rikonoxximent trid tikseb 50% +1 tal-voti fuq it-total ta’ votanti li huma eliġibbli jivvotaw, liema kwota ma ntlaħqet mill-ebda Unjin fil-każ tal-kwistjoni tal-Freeport.

Żied jgħid li fil-Freeport hemm 607 impjegati li minnhom hemm 595 li huma eliġibbli li jivvotaw. Waqt din il-votazzjoni kien hemm 4 voti invalidi u 62 impjegati li ma marrux jivvotaw, fejn ir-riżultat kien ta' 254 vot għall-General Workers’ Union u 275 vot għall-Unjin Ħaddiema Maqgħudin.

Dan ir-riżultat wera li l-ebda Unjin ma kellha l-kwota neċessarja u b’hekk ir-rikonoxximent se jibqa’ f’idejn il-GWU wara li kienet ġabet il-kwota neċessarja fil-votazzjoni li saret ta’ qabel din.

Bugeja spjega li l-GWU ma rċeviet l-ebda riżenji tar-rikonoxximent u b’hekk il-Malta Freeport għadu f’idejn il-GWU. Sostna li issa f’idejn il-kumpanija biex tara x’inhu l-pass li jmiss.