TOP


GWU

 

Round Table Conference li trattat suq tax-xogħol, il-pensjonijiet, benefiċċji soċjali kif ukoll l-immigrazzjoni



29042016

Bħala parti mill-attivitajiet biex ikun ċelebrat Jum il-Ħaddiem, fil-Workers’ Memorial Building, kienet organizzata Round Table Conference li trattat is-suq tax-xogħol, il-pensjonijiet, benefiċċji soċjali kif ukoll l-immigrazzjoni. Din il-konferenza kienet bejn l-uffiċjali tal-General Workers’ Union u delegazzjoni ta’ l fuq minn 20 rappreżentant tal-Kamra tax-Xogħol Awstrijaka. F’din il-konferenza kienu diskussi l-ħidma u l-esperjenzi tal-uffiċjali miż-żewġ organizzazzjonijiet dwar it-temi msemmija.