TOP


GWU

 

Nomina waħda għal kariga ta’ Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġija



25042016

Wara li f’nofsinhar ingħalaq il-perjodu li matulu setgħu jintefgħu n-nominazzjonijiet għall-kariga ta’ Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġija tal-GWU, kien hemm nomina waħda dik ta’ Rita Dimech. 

Preżentament Rita Dimech qed iservi bħala President tal-imsemmija Taqsima u assumiet r-responsabbiltajiet tagħha wara li s-segretarju preċedenti, Jason Deguara, fl-aħħar Konferenza Nazzjonali tal-GWU kien maħtur bħala Segretarju Internazzjonali. 

Il-ħatra ta’ Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġija se ssir nhar l-Erbgħa 4 ta’ Mejju 2016 meta se tkun qed titlaqqa’ l-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-imsemmija taqsima.