TOP


GWU

 

Il-GWU tikseb ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Mellieħa Holiday Complex



23042016

 

Il-General Workers’ Union, permezz tat-Taqsima Ospitalità u Ikel, iffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Mellieħa Holiday Complex. Grazzi għal dan il-ftehim kollettiv, li jkopri mill-2016 sal-2018, il-ħaddiema se jkunu qed igawdu minn titjib fil-pagi u fil-kundizzjonijiet ġenerali. 

Is-Segretarju tat-Taqsima Kenny Muscat qal li dan il-ftehim filwaqt li wettaq ristrutturar tal-gradi tal-ħaddiema li elimina numru ta’ anomaliji, se jkun qed jintroduċi skemi ġodda ta’ ‘performace bonus’, ‘allowances’ u titjib fil-pagi. Tenna li dan il-ftehim kollettiv inkiseb fl-isfond tal-potenzjal preżenti tal-kumpanija kif ukoll biex jgħin fl-investiment futur li se jsir. 

Muscat saħaq li l-kisba ta’ dan il-ftehim kienet possibbli għar-relazzjonijiet tajba li jeżistu bejn il-GWU u l-management tal-kumpanija. Huwa rringrazzja wkoll lill-ħaddiema għall-maturità li wrew meta fehemu l-iskop ta’ dan il-ftehim kollettiv u sussegwentament approvawh f’laqgħa li saret għal tal-apposta. 

Il-ftehim kollettiv kien iffirmat f’isem il-ħaddiema mis-Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel Kenny Muscat, mix-Shopsteward Chris Attard u mill-Assistant Shop Steward Chris Bugeja. F’isem il-kumpanija il-ftehim kollettiv kien iffirmat mill-General Manager Martin Ebmark.