TOP


GWU

 

Laqgħa bejn l-Euromil, il-GWU - AFU, l-Armata u l-Ministru Abela



05042016

Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union (GWU), Josef Bugeja, qal li hemm koperazzjoni u għaqda bejn il-Gvern, l-Armata, il-GWU – AFU u l-European Organisation of Military Associations (Euromil), biex jiġi massimizzat id-dritt li ngħata sena ilu lill-korpi dixxiplinati. 

Is-Segretarju Ġenerali Bugeja qal dan waqt laqgħa li saret illum waranofsinhar, fejn preżenti kien hemm delegazzjoni tal-GWU mmexxija minnu u mid-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri, il-Viċi President tal-AFU Aldo Borg, il-President tal-Euromil Emmanuel Jacob, il-Brigadier Jeffrey Curmi u l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela. 

Din il-laqgħa saret wara li aktar kmieni filgħodu, l-Armata, il-GWU u l-Euromil kellhom laqgħa fejn saru diskussjonijiet dwar dan id-dritt u kif jista' jkun hemm aktar koperazzjoni bejn il-partijiet kollha. 

Is-Segretarju Ġenerali Bugeja qal li l-GWU kienet ilha titkellem dwar dan id-dritt għal dawn l-aħħar 20 sena. “Il-GWU kienet tkellmet dwar dan id-dritt mal-Partit Laburista, qabel l-elezzjoni ġenerali. Il-Gvern preżenti kien għamel wegħda li dan id-dritt se jidħol fis-seħħ fi żmien sena. Il-Gvern żamm kelmtu, u b'hekk sirna l-ewwel pajjiż fil-Mediterran li għandu dan id-dritt,” qal is-Segretarju Ġenerali Bugeja. 

Tenna li l-partijiet kollha qed jitgħallmu dwar kif jistgħu jikkoperaw aktar flimkien. “Din is-sena kienet esperjenza għalina lkoll, għaliex dan id-dritt ma kienx jeżisti qabel,” qal Bugeja, filwaqt li tkellem fuq l-importanza li pajjiżna jitgħallem u jimxi fuq il-passi ta' pajjiżi oħrajn Ewropej. Is-Segeretarju Bugeja tkellem fuq l-importanza li jkun hemm qbil settorjali mal-Armata. 

Mistoqsi dwar il-laqgħa li saret dalgħodu, Bugeja saħaq li din kienet pożittiva ħafna. Qal li l-GWU kienet ilha żmien twil targumenta favur dan id-dritt. 

“Dan id-dritt ingħata xi sena u nofs ilu. Għaldaqstant il-GWU bdiet il-ħidma tagħha biex ittejjeb il-kundizzjonijiet, filwaqt li tgħallem u tgħarraf lill-Armata u l-Uffiċjali tagħha bid-drittijiet tagħhom. Parti oħra minn dan il-proċess kien li ltqajna mal-Euromil, biex il-ħidma tagħna tiġi fuq livell Ewropew,” qal is-Segretarju Ġenerali Bugeja. 

Din kienet it-tieni laqgħa bejn il-GWU u l-Euromil. Qal li l-GWU qed tesplora diversi modi kif tista ssir il-ħidma, kemm mal-AFU u anke mal-Ministeru, biex il-ħidma timxi fuq passi li diġà saru f'pajjiżi barranin. Dan biex ikun ta' benefiċċju għall-Armata u għall-Uffiċjali tagħha. 

Mistoqsi x'se tkun il-kollaborazzjoni bejn l-Euromil u l-AFU, Bugeja qal li hawnhekk, id-diskussjoni hija fuq livell ta' ETUC. “Lil dawn in-nies irridu nitkellmu għalihom fuq livell ta' ETUC, biex id-drittijiet li kisbu għall-ħaddiema oħrajn, jiksbuhom ukoll għall-Uffiċjali tal-Armata,” qal Bugeja. 

Intant, waqt l-istess laqgħa għamel l-intervent il-President ta' Euromil, Emmanuel Jacob, li saħaq li kull pajjiż irid jibni s-sistema tiegħu f'dan ir-rigward. Rigward dan id-dritt li ngħata f'Malta, Jacob saħaq li dan id-dritt ingħata filwaqt li ma nħoloq l-ebda diżgwid. “Malta hija pajjiż interessanti għaliex dan id-dritt kien riżultat ta' diskussjoni u dibattitu. Issa hija kwistjoni ta' implimentazzjoni,” qal Jacob.  

Staqsejna lil Jacob dwar il-laqgħat li saru llum. Saħaq li waqt il-laqgħa ġew dikussi diversi affarijiet, fosthom skambju ta' esperjenzi. “Għandna ħafna sistemi differenti ta' trade unions f'dak li għandu x'jaqsam ma' Forzi Armati. Madankollu l-għan tad-diskussjonijiet mhuwiex biex tkun ikkupjata sistema f'Malta. Naħseb li l-aħjar huwa li Malta jkollha sistema speċifika tagħha,” qal Jacob.

Saħaq li dan id-dritt huwa wieħed ġdid f'Malta, li kien ifisser li pajjiżna sar l-ewwel pajjiż fil-Mediterran li għandu dan id-dritt. “Pajjiżi bħal Portugall u Spanja għandhom dritt ta' assoċjazzjoni, imma mhux ta' unjin. Fl-Italja kien hemm dibattitu fil-Parlament fuq dritt ta' assoċjazzjoni. Nemmen li dan id-dritt f'Malta jista jaħdem u għalhekk nemmen li l-futur għal Forzi Armati ta' Malta huwa wieħed tajjeb,” qal Jacob. 

Tkellimna wkoll ma' Aldo Borg, li huwa l-Viċi President tal-AFU, li saħaq li dan kien proċess ġdid għal Forzi Armati. Qal li minn meta ngħata dan id-dritt storiku, l-AFU bdiet taħdem biex toħroġ bil-proposti tagħha. 

Qal li l-ewwel l-AFU tkellmet waqt laqgħa kordjali mal-amministrazzjoni tal-Armata u mbagħad tkellmet mal-Gvern. Qal li l-AFU, qed titkellem dwar diversi punti, fosthom il-pensjoni, drittijiet aħjar għas-suldati, pagi, overtime u affarijiet oħrajn fost l-oħrajn. 

Qal li l-AFU kellha l-ewwel laqgħa mal-Euromil. Qal li l-laqgħa kienet tajba ħafna, fejn ġie analizzat mill-qrib kif issir mil-ħidma f'dan ir-rigward f'pajjiżi barranin. 

Tkellimna mal-Brigardier Jeffrey Curmi, li saħaq li dan d-dritt huwa opportunità ġdida. Qal li l-Armata tagħmel li tista biex tinvesti fir-riżorsi umani tagħha. Qal li l-Armata tinvesti f'ħafna oqsma, fosthom taħriġ, kundizzjonijiet, loġistika u apparat. Qal li bid-diskussjonijiet li jsiru mal-Unjin, dawn l-affarijiet ikunu faċli għall-Armata. 

Qal li din hija xi ħaġa ġdida u interessanti. “Naħseb li s-suldati huma interessati. Bdew jissieħbu. Qed ikollna diskussjonijiet mal-Unjin anke dwar promozzjonijiet” qal il-Brigadier Curmi.

Waqt il-laqgħa għamel l-intervent tiegħu l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela li qal li dan id-dritt wassal biex mal-2,000 persuna li jaħdmu fil-forzi dixxiplinati ssieħbu fil-unjins rispettivi, affiljati mal-GWU. Qal li f'dak li għandu x'jaqsam mal-Forzi Armati biss, 400 uffiċjal minn total ta' 1,700 ingħaqdu mal-AFU.

Il-Ministru qal li fl-aħħar sena, il-Gvern ħadem fil-qrib mall-AFU, semgħa l-ilmenti u s-suġġerimenti tagħha u aġixxa dwarhom. Fl-istess waqt, il-Gvern ħadem biex ikompli jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Membri tal-Armata, filwaqt li kompla jimmodernizzha. Il-Ministru qal li sar investiment f'teknoloġija u tagħmir, li huma state of the art. Il-Ministru qal li dan se jwassal biex is-suldati jkomplu jagħmlu x-xogħol tagħhom bl-aktar mod professjonali. 

Il-Ministru żied jgħid li fl-aħħar tliet snin ġew konklużi għadd ta' proġetti ta' investiment mal-Unjoni Ewropea. Dawn kienu jinkludu fost l-oħrajn, ir-rapid launching facility, il-fuel farm għall-iskwadra marittima, żewġ helicopters għall-Air Wing, 19-il vettura militari, uniformijiet ġodda, bullet proof vests u sistema ta' komunikazzjoni. 

Fl-istess waqt, wara 25 sena, kien hemm żieda doppja fl-allowance għas-suldati, filwaqt li kien hemm żieda fit-taħriġ. Dan apparti żieda fir-rekrutaġġ u s-sistema tal-promozzjonijiet ġiet mibdula biex tkun aktar trasparenti. 

Il-Ministru temm jgħid li 75 membru femminili tal-Armata bbenefikaw minn miżuri li daħħal il-Gvern, fosthom dik ta' childcare bla ħla