TOP


GWU

 

Il-GWU solidali mal-vittmi tal-attakk terroristiku fi Bussell



22032016

 
Il-General Workers’ Union tingħaqad mal-moviment trejdunjonista Ewropew u tesprimi s-solidarjetà tagħha mal-qraba tal-vittmi tal-attakk terroristiku li seħħ illum fi Brussell. Fl-istess waqt il-GWU turi s-solidarjetà tagħha mal-Maltin kollha li jinsabu jaħdmu fi Brussell, partikolarment ma’ Lorenzo Vella li ndarab f’dan l-attakk.  
Il-GWU tistenna li min kien responsabbli minn dawn l-attakki, li ħasdu l-ħajjiet ta’ persuni u ħaddiema innoċenti, jinqabad u jitressaq quddiem il-ġustizzja. 
Il-GWU tappella lill-moviment trejdunjonista Malti u dak Ewropew, biex flimkien mal-forzi governativi f’pajjiżna u fl-UE, ikunu viġilanti u ma jħallux elementi reazzjonarji, estremisti tal-lemin u fundamentalisti reliġjużi jirkbu fuq il-biża’ tal-poplu u jiżirgħu l-mibgħeda u l-firda kontra min mhux tal-istess kultura u nazzjonalità tagħna. 
Il-GWU tiddikjara li se tkompli timpenja ruħha, fuq livell lokali kif ukoll f‘dak Ewropew u internazzjonali, biex ikollna soċjetà ġusta mibnija fuq id-diversità u r-rispett bejn il-popli.