TOP


GWU

 

Il-GWU tesprimi sogħba għall-mewt ta’ Mons. Mercieca



21032016

Il-General Workers’ Union tesprimi sogħba għall-mewt tal-Arċisqof Emeritus Monsinjur Ġużeppi Mercieca u tagħti l-kondoljanzi tagħha lill-Knisja Maltija u qraba tiegħu. Il-GWU tqis li l-Arċisqof Emeritus mexxa lill-Knisja Maltija b’ħila fi żminijiet diffiċli meta din kienet qed tiffaċċja nuqqas ta’ vokazzjonijiet għas-saċerdozzju. Ħadem ukoll biex iressaq mill-ġdid qrib il-Knisja lil dawk il-persuni li matul is-snin tbiegħdu minħabba raġunijiet soċjo-politiċi. Kien ukoll bniedem li ħadem biex il-Knisja Maltija twettaq il-missjoni spiritwali tagħha fost il-poplu Malti.