TOP


GWU

 

Ftehim kollettiv ġdid għal ħaddiema tal-Kordin Grain Terminals Ltd



12032016

Il-General Workers’ Union u l-kumpanija Kordin Grain Terminal iffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema ta’ din il-kumpanija. Ftehim kollettiv li ra titjib f’dawk li huma benefiċċji u kundizzjonijet ġenerali tax-xogħol. Is-Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel tal-GWU, Kenny Muscat, qal li dan il-ftehim kien possibbli grazzi għar-relazzjonijiet tajba li jeżistu bejn il-GWU u l-kumpanija: “Dan il-ftehim huwa importanti minħabba li l-kumpanija għarfet l-impenn u d-dedikazzjoni tal-ħaddiema, anke jekk l-istess kumpanija qegħda tħabbat wiċċha ma’ diversi sfidi fis-suq.” Il-ftehim kollettiv kien iffirmat f’isem il-ħaddiema mis-Segretarju tat-Taqsima Kenny Muscat u mix-Shopsteward Christian Bugeja, filwaqt li f’isem il-kumpanija ffirmaw iċ-Chairman Charles Mizzi u s-CEO Alex Agius.