TOP


GWU

 

Il-GWU tikkundanna att intimidatorju fil-konfromnt tal-president tal-POU



04032016

Il-General Workers’ Union tikkundanna bla riżervi l-atti intimidatorji li jsiru fil-konfront ta’ ħaddiema waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-GWU qed tagħmel dan fid-dawl tal-inċident li seħħ dalgħodu fil-konfront ta’ Sandro Camilleri l-President tal-Police Officers’ Union, li hija affiljata mal-GWU. Fl-istess waqt tesprimi l-apprezzament tagħha għall-intervent f’waqtu mill-membri tal-Korp tal-Pulizija li intervjenew biex il-persuna responsabbli minn dan l-att tkun ikkontrollata. Il-GWU tagħmilha ċara li ħadd qatt ma għandu juża atti intimiditatorji u aggressivi biex jipprova jiġġustifika l-argumenti tiegħu.