TOP


GWU

 

Il-GWU tiffirma ftehim għan-Nursing Aide



26022016

"Ilum hija ġurnata ta' spdisfazzjon għall-General Workees Union (GWU) u għan-Nursing Aides." Dan qalu s-Segretarju tat-Taqsima għal-Gvern u Entitajiet Pubbliċi, Jeremy James Camilleri, wara li l-GWU ffirmat ftehim għan-Nursing Aides wara li fil-passat grupp sostanzjali ta' Nursing Aides inqabdu fi skala 14.

Il-kelliem qal li "snin ilu kien sar ftehim mill-GWU, fejn in-Nursing Aides ta' dak iż-żmien kien telgħu skala, minn 14 għal skala 13". Il-problema nqalgħet, meta daħlu n-Nursing Aides il-ġodda, minħabba li dawn kienu weħlu fi skala 14 meta fil-fatt bdew jagħmlu l-istess xogħol ta' dawk in-Nursing Aides li kienu telgħu skala. 

Is-Segretarju tat-Taqsima kompla jgħid li meta nbidlet il-liġi u daħal il-kunċett tal-'Equal Pay for Equal Value' inħolqot anomalija enormi, "fis-sens li kellek żewġ gruppi ta' ħaddiema jagħmlu eżatt l-istess xogħol, bl-istess grad, iżda paga totalment differenti". 
 
Il-GWU mal-bidla ta’ din il-iġi bdiet taħdem bla waqfien biex twaqqaf din l-anomalija, iżda l-Gvern preċedenti minkejja li ta' raġun lill-GWU, saħaq li ma kellu l-ebda xewqa li jwaqqaf din l-inġustizzja. 

Wara li l-GWU eżawriet it-toroq kollha li kienu disponibbli għaliha, wara bidla fil-gvern bdiet tiddiskuti rimedju issa li l-Gvern li kien qiegħed jaqbel li din is-sitwazzjoni kien jinħtieġ li tiġi rimedjata.

Wara numru ta’ laqgħat, intlaħaq il-qbil iffirmat llum, li apparti li jeleva lin-Nursing Aides kollha għal massimu ta’ Skala 13, jikkumpensa lin-Nursing Aides b’mod parzjali għat-telf finanzjarju li ġarrbu tul is-snin.

Dan il-ftehim ukoll jagħti lok għal bidu ta’ diskussjonijiet biex tiġi mfassla triq li potenzjalment ssarraf għall-benefiċċji ġodda għan-Nursing Aides kollha relatat ma taħriġ ġdid.
 
Preżenti għall-iffirmar min-naħa tal-GWU kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja; is-Segretarju tat-Taqsima għall-Gvern u Entitajiet Publiċi, Jeremy James Camilleri; u s-Segretarju tal-GWU Youths, Kendrick Bondin. Jirrapreżentaw lin-Nursing Aides kien hemm is-Segretarju Permanenti, Joseph Rapa; il-Kap tal-PACBU, Thomas Woods; id-Deputat Kap tal-PACBU, Marco Grixti, u l-Uffiċjal Għoli fl-HR u l-Immaniġjar fil-Bidla, David Magro.