TOP


GWU

 

Waqfien fix-xogħol fil-Freeport



17122015

Il-General Workers’ Union b’referenza għal waqfien fix-xogħol li kien hemm fil-Malta Freeport Terminals, tiddikjara li dan ma kienx ordnat minnha u ma għandu l-ebda rabta ma’ xi tilwima industrijali jew direttivi oħra preżentament fis-seħħ fil-kumpanija.

Il-GWU tiddikjara wkoll li se tibqa‘ tagħmel minn kollox biex tiddefendi l-interessi tal-imsieħba u tal-ħaddiema fil-Malta Freeport Terminals, u se tibqa’ taħdem biex tiksbilhom kundizzjonijiet aħjar milli għandhom bħalissa.